Friday, November 1, 2024

F’disa’ snin, il-produzzjoni tal-frott u ħaxix organiku żdied b’65 tunnellata

Aqra wkoll

Fuq perjodu ta’ disa’ snin, il-produzzjoni ta’ frott u ħaxix organiku f’pajjiżna żdiedet b’65 tunnellata. Dan ħareġ minn tagħrif ippubblikat ilbieraħ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Biedja Organika.

Ħareġ li matul l-2023, f’pajjiżna, ġew prodotti mal-74 tunellata ta’ prodotti agrikoli simili, li huma ferm aktar mid-disa’ tunellati li ġew prodotti fl-2014. Ninnutaw ukoll li fl-istess perjodu, il-produtturi żdiedu għal 34 minn tnax u r-raba, li qed tintuża għall-biedja organika, iżjed milli rdoppjat għal 80 ettaru, waqt li fl-2014 kien hemm 34 ettaru.

L-akbar ammont ta’ art li ntużat b’mod permanenti għal prodotti agrikoli s-sena l-oħra ttieħdet għall-produzzjoni taż-żebbuġ bi 58%, segwita mid-dwieli tal-għeneb bi 38%.

Sport