Monday, May 6, 2024

Federico Valverde jġedded ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Real Madrid Federico Valverde ġedded il-kuntratt tiegħu mal-Merengues sat-30 ta’ Ġunju 2029.

Valverde hu plejer Urugwajan li għandu 25 sena u ilu ma’ Los Blancos sa mis-sena 2017 fejn skorja 13-il gowl f’150 partita. Mat-tim nazzjonali Urugwajan lagħab 53 partita u skorja sitt gowls.

Valverde kien ferm kuntent li ġedded il-ftehim tiegħu ma’ dan il-klabb li jqisu bħala wieħed glorjuż.

Sport