Monday, September 30, 2024

Ħu Marcus Rashford arrestat

Aqra wkoll

Dane Rashford, li jiġi ħu l-attakkant ta’ Manchester United Marcus Rashford ġie arrestat u se jitressaq il-qorti ta’ Miami Beach fi Florida wara akkużi ta’ vjolenza domestika.

Dane ġie arrestat fl-20 ta’ Ottubru li għadda. Hu d-direttur tal-kumpanija DN May Sports Management, li tieħu ħsieb l-interessi ta’ ħuh Marcus u li miegħu fin-negozju hemm ukoll Dwayne Maynard.

Marcus Rashford jinsab ferm inkwetat b’din l-aħbar u f’dan il-mument qed jitkellem ma’ ħuh u mal-aġenzija stess sabiex ma jkunx hemm riperkussjonijiet finanzjarji kbar.

Dane Rashford qed jgħid li hu innoċenti u seduta oħra tal-qorti se ssir fis-27 ta’ Novembru li ġej.

Sport