Il-midfielder ta’ Manchester City, Fernandinho, se jingħaqad mal-club Brażiljan Athletico Paranaense bi free transfer dan is-sajf.
Wara disa’ snin mimlija unuri mas-Citizens, il-player ta’ 37 sena se jkun qed iħalli l-Etihad Stadium meta jiskadielu l-kuntratt fit-30 ta’ Ġunju.
L-internazzjonali Brażiljan bi 53 dehra kien marbut b’mod qawwi ma’ ritorn lejn art twelidu għall-aħħar stadji tal-karriera tiegħu, u jidher li issa aċċetta li jingħaqad ma’ Paranaense.