Saturday, December 21, 2024

Fernando Santos jinħatar il-coach tal-Polonja

Aqra wkoll

L-eks coach tal-Portugall Fernando Santos inħatar mill-FA Pollakka biex imexxi lit-team nazzjonali. 

Steven Gerrard kien rappurtat li kien marbut ma’ din il-kariga, wara li l-ex midfielder Ingilterra tkeċċa minn Aston Villa lura f’Ottubru.

Santos wassal lill-Portugall għar-rebħ tal-Euro 2016 u l-UEFA Nations League 2019, iżda mbagħad tkeċċa mill-kariga wara li sfaw megħluba fil-kwarti-finali tal-Tazza tad-Dinja 2022 mill-Marokk. 

“Huwa ta’ unur li nkompli x-xogħol tiegħi hawnhekk,” qal Santos li għandu 68 sena.

Il-president tal-FA Pollakka, Cezary Kulesza, ​​qal li “għażilna l-aħjar” u “l-għażla kienet diffiċli”, hekk kif il-kuntratt ta’ Santos se jwassal sal-Euro 2024 liema fażi finali se tintlagħab fil-Ġermanja. 

Santos qabel mexxa lill-Greċja mill-2010-2014 u wassalhom għall-Euro u t-Tazza tad-Dinja, fejn ġew eliminati fil-kwarti tal-finali u fir-round tal-Aħħar 16 rispettivament.

Ekonomija

Sport