Wednesday, October 21, 2026
Home Sport Fgura United FC iniedu l-Programm ‘Growing Together: From Primary to Middle School’

Fgura United FC iniedu l-Programm ‘Growing Together: From Primary to Middle School’

0
42

Fgura United Football Club niedew il-Programm ‘Growing Together: From Primary to Middle School’ – sett ta’ riżorsi ġdid imfassal biex jappoġġja lill-plejers tal-futbol żgħażagħ hekk kif jgħaddu għall-Year 7 u jadattaw għall-bidliet li jġib miegħu l-bidu tal-iskola sekondarja (Middle School).

Din it-tranżizzjoni ġġib magħha rutini, suġġetti, ħbiberiji u responsabbiltajiet ġodda, u sseħħ fi stadju kruċjali tal-iżvilupp personali u emozzjonali. L-għan ta’ dan is-sett ta’ riżorsi huwa li joffri appoġġ prattiku lill-plejers, lill-ġenituri u lill-gwardjani, kif ukoll lill-kowċis u lill-amministraturi tal-klabb.

Maqsum fi tliet sezzjonijiet iddedikati, Growing Together ikopri firxa ta’ suġġetti inklużi l-organizzazzjoni, l-indipendenza, il-pressjoni mill-pari, l-imġiba online, il-benesseri, il-komunikazzjoni, is-salvagwardja, u ż-żamma ta’ bilanċ tajjeb bejn l-edukazzjoni, il-futbol u l-mistrieħ.

L-inizjattiva tifforma parti mill-isforzi usa’ ta’ Fgura United biex tappoġġja l-plejers lil hinn mill-grawnd tal-futbol. Din issegwi EDU90, programm li jippermetti lill-istudenti post-sekondarji li jirrappreżentaw il-klabb jaċċessaw assistenza ta’ tagħlim privat minn grupp iddedikat ta’ edukaturi.

Il-klabb għamel ukoll stħarriġ fost il-plejers dwar id-drawwiet u l-interessi tal-qari tagħhom hekk kif qed jipprepara biex jistabbilixxi librerija ddedikata għall-qari. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi, Fgura United għandha l-għan li tgħin fl-iżvilupp mhux biss ta’ plejers aħjar, iżda wkoll ta’ żgħażagħ kunfidenti, responsabbli u b’saħħithom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here