F’perjodu ta’ ħames xhur, fil-gżira Għawdxija saru 1,800 MRI. Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela, f’kibta fuq Facebook.
Is-servizz tal-MRI, apparat tal-ogħla kwalità, beda jingħata fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ħames xhur ilu. Dan fisser li issa l-Għawdxin mhux qed jaqsmu iżjed il-fliegu biex jagħmlu dan it-test f’Malta, fl-Isptar Mater Dei.
L-investiment fl-Isptarta’ Għawdex ma jinkludiex dan biss. Dan hekk kif fil-bidu ta’ Ġunju kien hemm investiment ta’ ’l fuq minn €7 miljun f’ambulanzi ġodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Bil-wasla tal-ewwel 2 ambulanzi minn 6, Għawdex issa ser ikun mgħammar b’ambulanzi tal-ogħla kwalità li huma mgħammra b’teknoloġija medika avvanzata, li huma essenzjali biex jipprovdu kura ta’ kwalità.