Tuesday, May 14, 2024

Fid-DR Congo għexieren jingħataw il-piena tal-mewt għall-qtil ta’ żewġ esperti tan-NU

Aqra wkoll

Numru ta’ membri ta’ mi­lizzja ġewwa r-Repubblika Demokratika tal-Kongo ngħataw il-piena tal-mewt għall-involviment tagħhom fil-qtil ta’ żewġ esperti tan-Nazzjonijiet Uniti. 

L-Iżvediża-Ċilena Zaida Catalan u l-Amerikan Michael Sharp kienu nħatfu u nqatlu fir-reġjun ta’ Kasai fl-2017. Dakinhar huma kienu qegħdin jinvestaw allegat oqbra tal-massa wara ġlied li kien hemm bejn il-forzi tal-gvern u grupp ta’ milizzja. Magħhom kien inqatel ukoll l-interpretu Betu Tshintela, u l-katavru tagħhom kien instab 16-il jum wara li nħatfu. 

In-Nazzjonijiet Uniti kie­net ikkundannat b’qawwa kbira dan l-att barbaru u dak­inhar is-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres kien qal li l-organizzazzjoni “se tagħmel dak kollu possibbli biex issir ġustizzja.” B’kollox hemm 51 persuna – fil-maġġoranza tagħhom kollha membri ta’ milizzja – li ngħataw il-piena tal-mewt wara ġuri li dam erba’ snin. 

Mijiet ta’ persuni li tilfu ħajjithom fil-kunflitt ta’ Kasai li kien ġie fi tmiemu fl-2017. Apparti hekk iktar minn miljun persuna spiċċaw kellhom jitilqu minn djarhom. 

Sport