Sunday, May 5, 2024

Fiera li tixhed il-fiduċja li kumpaniji tal-gaming għandhom f’pajjiżna

Il-Prim Ministru Robert Abela jżur SiGMA

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela żar is-summit SiGMA, li attira taħt saqaf wieħed aktar minn 25,000 delegat u 1,000 eżebitur minn pajjiżi differenti f’Malta. B’din hija waħda mill-akbar fieri tal-igaming minn madwar id-dinja.

Fi żjara li għamel fil-Malta Maritime Hub, il-Marsa, il-Prim Ministru nnota li ta’ kull sena din il-fiera qed turi kif pajjiżna huwa ċentru ta’ eċċellenza għad-dinja tal-igaming. Fil-fatt, il-Prim Ministru spjega li Malta hija l-għażla ta’ 351 kumpanija tal-gaming, li jfissru madwar 16,000 karriera f’dan is-settur. Bl-eko-sistema, it-talent u l-governanza tajba li qegħdin noffru, qegħdin nattiraw negozji globali u start-ups li jissarfu f’impjiegi ta’ kwalità. Dan filwaqt li l-industrija tal-gaming qegħda tkompli ukoll tikkontribwixxi fit-tkabbir ekonomiku, bil-valur miżjud tas-settur laħħaq id-9.2% tal-valur miżjud totali f’pajjiżna fl-2022. Jekk wiehed jinkludi l-effett indirett ta’ din l-industrija, il-kontribut ekonomiku ta’ dan is-settur jitla’ sa 12.4% tat-total tal-valur miżjud fl-2022.

Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li huwa dan li nkunu qegħdin infissru meta ngħidu li rridu nkomplu nsaħħu l-ekonomija Maltija biex igawdu l-familji Għawdxin u Maltin. B’dan is-settur jirrifletti l-politika mħaddma mill-Gvern li tattira l-investiment li joffri karrieri ta’ kwalità u jsaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna li biha nsostnu l-familji u n-negozji.

Huwa kkonkluda li kif imħabbar fil-budget għas-sena d-dieħla dan il-Gvern se jkompli jinvesti f’dan is-settur fosthom bl-implimentazzjoni tal-istrateġija Nazzjonali tal-esports u inizjattivi diversi biex l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp tal-logħob diġitali jkompli jissaħħaħ. Ser nibqgħu nsostnu wkoll l-istart-ups fosthom bis-Seed Investment Scheme li ser toffri inċentivi fil-forma ta’ krediti ta’ taxxa. Dan filwaqt li qegħdin ninvestu fit-talenti taż-żgħażagħ tagħna b’żieda sostanzjali fl-istipendji f’korsijiet partikolari biex nindirizzaw il-bżonn ta’ iktar nies imħarrġa f’setturi kruċjali bħal dawn għat-tranżizzjoni ekonomika ta’ pajjiżna.

Sport