Saturday, November 23, 2024

Fil-Brażil: Omm tqila maqtula f’taparsi ‘baby shower’ … fetħuha u serqulha t-tarbija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-belt ta’ Canelinha fil-Brażil, sseħħ każ xokkanti u dan hekk kif tfajla tqila, inqatlet f’dak li kellu jkunu taparsi ‘baby shower’. Hi inqatlet b’daqqa ta’ briksa f’rasha. Imma l-każ ma waqafx hemm għax wara li inqatlet fetħulha żaqqha u serqulha it-tarbija.

Kollox kellu l-bidu tiegħu, meta ħabiba ta’ Flavia Godinha Mafra, qaltilha biex jagħmlu ‘baby shower’ u jiċċelebraw il-fatt li daqt kienet se titwieled it-tarbija. Seħbitha, ħeġġitha tagħmel il-‘baby shower’ għax kellha mottivi ultejuri. 

Ġara li wara li ma rritornatx il-qraba bdew ifittxuha u hi instabet mir-raġel tagħha f’bitħa ta’ fabbrika abbandunata li kienet tagħmel il-fuħħar. Il-mara kellha 36 ġimgħa tqala.

Jidher li mill-ewwel interrogazzjonijiet, seħbitha ammettiet li ħadet lil din it-tfajla fil-post fejn hi inqatlet.

Meta nstabet it-tfajla instab li din kellha it-tarbija nieqsa.

Irriżulta wara li l-Pulizija sabu li t-tarbija kienet ittieħdet fi sptar minn seħbitha u mis-sieħeb tagħha.  Huma kienu arrestati. Jidher li din is-sieħba tat-tfajla, qalet lil Pulizja li hi kienet għadha kif tilfet it-tarbija tagħha u kienet spiċċat ossessjonata biex tixraq tarbija. 

Sport