Sunday, November 24, 2024

“Fil-Ġimgħa l-Kbira se ngħinu lil Puttinu għax kieku Ramiro għadu magħna hekk kien jagħmel”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Inġibu quddiem għajnejna lil kull min tilef lil xi ħadd għażiż għalih f’dawn iż-żminijiet.Kollox beda fis-sena 2004 meta Ramiro ġie daigniosed  bil-luekemia u minn hemm beda is-support ta’ din il- familja li sibna f’dan iz- zmien tant diffiċċli!!!! Għadda iż-żmien u għall-grazzja t’Alla Ramiro fieq. Biss ghalkemm fieq xorta baqa’ jaħseb fil marid u l-batut”

Dan kien il-messaġġ li wasslet omm Ramiro Mallia fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares. Omm Ramiro rrimarkat kif f’dan iż-żmien, binha kien ikun ħerqan ibigħ il-filgolli għal Puttinu u li infatti l-aħħħar messaġġ li kien tefa’ fuq il-midja soċjali, kien propju tal-figolli. 

Irrmarkat kif meta għadda ż-żmien u Ramiro fieq u beda jghix ħajja normali ta’ ġuvni,ħuħ iż-żgħir Thiago Zian kellu bżonn jitla’  għal xi testijiet fl-Ingilterra u hawnhekk reġgħu sabu l-appogg ta’ Puttinu. 

Fl-istess messaġġ, spjegat kif f’Novembru li ghadda Thiago Zian reġa’ kellu releaps tal kundizzjoni tiegħu u li fil-verita bħala ġenituri bdew jaqtgħu qalbhom mil-ħajja. Spejgat kif, il-kliem ta’ faraġ mingħand Puttinu, irnexxielhom jagħmlu biżżejjed kuraġġ  

Il-messaġġ intemm b’din is-sentenza; “Għalhekk fil-Ġimgħa l-Kbira aħna se nkunu qed ngħinu lil Puttinu għax fil-verita’ kieku Ramiro għadu magħna certa li kien ikun hu minn quddiem sabiex jgħin lill-Puttinu. 

Sport