Sunday, January 5, 2025

Fil-ġimgħat li ġejjin jibda l-installar tal-ewwel kameras tas-sigurtà f’San Ġiljan inkluż Paceville

Aqra wkoll

Bis-saħħa ta’ deċiżjonijiet strateġiċi u investiment massiċ, inkluż dirett fil-ħaddiema, fl-aħħar snin Malta naqset ir-rata ta’ kriminalità u nżammet f’livelli baxxi. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi, bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju, inkluż dak infrastrutturali, sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibda l-installar tal-ewwel kameras tas-sigurtà f’San Ġiljan inkluż Paceville.

Ikkonferma dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament, meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea. Il-Ministru Camilleri qal li wara dik ta’ San Ġiljan, se jsir wkoll l-installar f’San Pawl il-Baħar, il-Marsa u r-Raħal Ġdid. 

Qal ukoll li barra minn hekk ħarġet is-sejħa, u s-sena d-dieħla, se jkunu impjegati għall-ewwel darba l-PolicePatrol and Community Support Officers (PPCSO) mad-Dipartiment tal-Pulizija, bil-għan li tiżdied il-preżenza tal-pulizija fit-toroq. 

Tenna li dan kollu se jwassal għal aktar tisħiħ tas-sigurtà pubblika permezz ta’ ingaġġ komunitarju viżibbli u aktar effettiv

Ekonomija

Sport