Wednesday, July 24, 2024

Fil-Pakistan: Il-partiti PMLN u PPP jilħqu ftehim biex jiffurmaw gvern ta’ koalizzjoni

Aqra wkoll

Żewġ partiti politiċi fil-Pakistan laħqu ftehim biex jiffurmaw gvern ġdid wara l-elezzjoni li saret f’dan il-pajjiż fil-jiem li għaddew, liema elezzjoni kienet mimlija kontroversja.

Il-Pakistan Muslim League-Nawaz (PMLN) sab l-appoġġ tal-Pakistan People’s Party (PPP) biex tkun iffurmata amministrazzjoni ġdida. Dan tħabbar fi stqarrija konġunta maħruġa miż-żewġ partiti.

Dan il-ftehim seħħ minkejja li dawn il-partiti rebħu inqas siġġijiet minn kandidati li huma meqjusa bħala leali lejn l-eks Prim Ministru Imran Khan li bħalissa jinsab il-ħabs.

Fuq il-pjattaforma X, li qabel kienet magħrufa bħala Twitter, il-partit PTI tas-Sur Khan allega li din il-koalizzjoni bħal donnu “serqet” il-mandat.

Il-PMLN u l-PPP ħabbru li laħqu ftehim bejniethom biex formalment jiffurmaw koalizzjoni nhar it-Tlieta li għadda waqt konferenza stampa.

Bilawal Bhutto Zardaro, Ċermen tal-PPP, qal: “L-għan tal-koalizzjoni huwa li tindirizza l-kriżi ekonomika tal-pajjiż.”

Ekonomija

Sport