Road-check ta’ rutina f’San Pawl il-Baħar dalgħodu wasslet għall-arrest ta’ żewġt irġiel Albaniżi ta’ 42 u 40 sena, wara li nstabu fil-pussess ta’ kwantità sostanzjali ta’ sustanza suspettata kokaina u żewġ skieken.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq il-Ħalel, meta l-Pulizija waqqfu karozza wara li nnutaw li x-xufier u l-passiġġier ma kinux lebsin iċ-ċinturin tas-sigurtà.
Waqt il-verifiki, il-Pulizija sabu ponn tal-ħadid u sustanza suspettata droga fil-pussess tal-passiġġier, li rreżista l-arrest, ipprova jaħrab u bela’ sustanza suspettata droga.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Ix-xufier ipprova jaħrab ukoll, iżda ġie arrestat ftit wara. Waqt l-arrest, Surġent tal-Pulizija ġarrbet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
