Tuesday, April 30, 2024

Fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn gaffa u makkinarju industrijali

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’impjant fil-limiti tal-Magħtab, fin-Naxxar.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta l r-raġel, li għandu 42 sena u joqgħod il-Qrendi, kien sofra xi ġrieħi wara li nqabad bejn gaffa, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Mellieħa, u makkinarju industrijali.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei b’urġenza għal aktar kura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Sport