Saturday, April 27, 2024

FILMAT: Grupp ta’ killer whales jattakkaw il-jott ta’ koppja Brittanika ’l barra mill-kosta Spanjola

Aqra wkoll

Koppja Brittaniku li kienu abbord il-jott tagħhom fi Spanja ġibdu filmati tal-mument meta grupp ta’ killer whales attakkawlhom id-dgħajsa li kienu fuqha.

Graeme Walker u martu Moira kienu qed ibaħħru flimkien mal-ħabib tagħhom Stephen Robinson meta tliet killer whales bdew jattakkaw il-jott tagħhom ’il barra mill-kostsa ta’ Cape Finisterre.

BBC Scotland irrapportat li Graeme, flimkien maż-żewġ persuni l-oħrajn abbord, indunaw bil-preżenza tal-killer whales meta waħda minnhom daħlet b’saħħa fil-jott ta’ 45 pied.

L-attakk dam sejjer xejn inqas minn 45 minuta, bid-dgħajsa ġġarrab ħsarat konsiderevoli fit-tmun.

YouTube video

Graeme qal li l-akbar biża’ tiegħu waqt l-attakk kien li jibda dieħel l-ilma fil-jott bil-konsegwenza li dan jegħreq.

Dan huwa l-aħħar minn każi simili ta’ killer whales li jattakkaw dgħajjes ’il barra mill-kosta Spanjola, u kaġun ta’ hekk il-Ministru għat-Trasport Spanjol qed jipprojbixxi lil dgħajjes ta’ 15-il metru jew inqas milli jbaħħru bejn Cape Priorino Grande u Estaca de Bares.

Sport