Fiorentina ħadu nota dwar l-aħħar verdett tal-UEFA fejn eskludew lil Juventus mill-UEFA Europa Conference League wara xi irregolaritajiet li saru.
Hekk kif i Viola temmew fit-tmien post tal-klassifika, se jkunu huma li jidħlu flok i Bianconeri fit-tielet kategorija tal-kompetizzjonijiet Ewropej.
B’hekk issa Fiorentina se jidħlu fix-xena fil-play-off għall-fażi tal-gruppi bejn l-24 u l-31 t’Awwissu bit-tama li jirrepetu l-bravura li wettqu fl-istaġun li għadda meta spiċċaw finalisti ta’ din il-kompetizzjoni.
Sadanittant il-kowċ Vincenzo Italiano talab lid-diriġenti tiegħu sabiex iżidu iktar l-iskwadra hekk kif issa se jkunu qed jikkompetu f’aktar minn kompetizzjoni waħda.