It-tarbija Preston Davey ittieħdet fil-kura ħamest ijiem wara t-twelid u tqiegħdet ma’ ġenituri adottivi, u eventwalment ġie adottata mill-akkużati inqas minn erba’ xhur qabel ma miet.
Jamie Varley, ta’ 37 sena, huwa akkużat li qatel lil Preston Davey, ta’ 13-ix xhur, u qed jiffaċċja 25 akkuża oħra ta’ abbuż sesswali u fiżiku lejn it-tifel.
Is-sieħeb tiegħu, John McGowan-Fazakerley, ta’ 32 sena, huwa akkużat ukoll b’abbuż sesswali, li kkawża jew ippermetta l-mewt tat-tifel, u erba’ reati oħra.
Iż-żewġ irġiel, minn Blackpool, jiċħdu l-akkużi kollha.
Il-Qorti tal-Kuruna ta’ Preston semgħet qabel li Varley ħa lit-tifel lejn l-Isptar Blackpool Victoria. It-tarbija kien mitluf minn sensih, dan kien wara li allegament kien abbużat sesswalment għall-aħħar darba fis-27 ta’ Lulju 2023.
Nhar l-Erbgħa, il-ġurati ntqalu li t-tobba ħadmu għal madwar siegħa biex irrisuxxjtaw lit-tifel sakemm ġie deċiż li aktar interventi kienu għalxejn.
Davey ġie ddikjarat mejjet.
Il-qorti mbagħad intweriet filmati ta’ Varley u ommu, Karen Graham, fil-kamra tal-luttu tal-isptar, fejn ġie deskritt bħala “isteriku” hekk kif it-tobba talbuh imur ħdejn is-sodda tat-tifel.
Nhar it-Tlieta, il-qorti semgħet li Varley qal lit-tobba li ħallew lit-tarbija fil-banju waħdu fil-ħin tal-inċident, u rritornaw minuti wara biex sabuh jegħreq.
Dr Wendy Aubrey qalet lill-qorti li ma rat l-ebda ilma f’ħalq it-tifel jew fil-passaġġ tan-nifs. Li awtopsja identifikat 40 ferita fuq il-ġisem ta’ Preston.
Varley, li dak iż-żmien kien għalliem ta’ iskola sekondarja, jiċħad l-akkużi ta’ qtil, kif ukoll qtil involontarju, żewġ akkużi ta’ attentat permezz ta’ penetrazzjoni, ħames akkużi ta’ krudeltà fuq it-tifel, reati sesswali gravi, attentat sesswali fuq tifel, 13-il akkuża li kien ħa ritratti jew vidjows indiċenti tat-tifel, waħda li ddisturba ritratt indiċenti ta’ tifel, u waħda li ħa ritratt indiċenti.
Il-ko-akkużat tiegħu, McGowan-Fazakerley jiċħad li ppermetta il-mewt ta’ tifel, kif ukoll tliet akkużi ta’ krudeltà fuq it-tifel u akkuża waħda ta’ attentat sesswali fuq it-tifel.
Il-ġuri ġie pospost għal nhar il-Ħamis filgħodu.


