Wednesday, March 27, 2024

Fir-Renju Unit: Subien tal-iskola sekondarja jitħallew jilbsu dublett imma ma jistgħux jilbsu shorts

Aqra wkoll

Għadd ta’ ġenituri ta’ subien li jattendu l-iskola sekondarja Wymondham High Academy, f’Norfolk, jinsabu frustrati wara li ġiet introdotta policy ġdida dwar l-uniformi fejn regola minnhom tgħid li s-subien jistgħu jilbsu d-dbielet imma ma jistgħux jilbsu shorts.

Skont l-amministrazzjoni tal-iskola, din il-policy li “Hi msejsa fuq il-prinċipju tal-gender neutral”, daħlet fis-seħħ wara li s-subien gergru rigward l-iskumdità kkawżata mill-qliezet matul il-ġranet sajfin.

Fost ir-reazzjonijiet li kien hemm mill-ġenituri, persuna minnhom qalet li l-amministrazzjoni tal-iskola mhix tagħti widen għall-preokkupazzjonijiet tal-ġenituri, filwaqt li persuna oħra qalet li sena wara l-oħra baqgħu jisħqu fuq l-istess talba — dik li x-shorts ikun parti mill-uniformi. Hija żiedet tgħid li din l-alternattiva l-ġdida — li s-subien jistgħu jilbsu dublett minflok il-qalziet — mhix tħaddan il-prinċipju tal-gender neutral u sostniet li biex tkun meqjusa gender neutral “Wieħed kien missu ħalla lit-tfal, kemm il-bniet kif ukoll lis-subien, b’żewġ għażliet: li jagħżlu jilbsux shorts jew dublett minflok il-qalziet. 

Meta affaċċjat b’din il-kritika, il-Kap tal-Iskola, Jonathan Rockey, irribatta l-argument billi spjega li diġà ġiet rilaxxata regola dwar il-blazer, fejn bħalissa t-tfal ingħataw permess biex ma jilbsuhx ta’ bilfors f’dawn il-ġranet sajfin.

Ekonomija

Sport