Friday, April 19, 2024

ARA: Il-katavru mhuwiex ta’ xi ħadd mill-persuni rrapurtati nieqsa

Aqra wkoll

Sorsi qrib dan is-sit ikkonfermaw li għalkemm għad iridu jsiru l-investigazzjonijiet forensiċi fuq il-katavru, jidher li mhuwiex ta’ xi ħadd mill-persuni rappurtati nieqsa. Jidher li l-pulizija kienet fi stat li tikkonferma dan minħabba li skont investigazzjoni preliminari jidher li l-katavru ma kienx ilu ħafna fil-baħar.

Ir-raġel li ttella’ mill-baħar aktar kmieni, x’aktarx kien qiegħed jgħum fiż-żona, anke minħabba li nstab liebes malja tal-għawm.

12:00 p.m: Jittella’ katavru minn qiegħ il-baħar fil-Qawra

Il-Pulizija kkonfermat ma’ talk.mt li tinsab għaddejja investigazzjoni biex ikun jista’ jiġi identifikat il-katavru li nstab fil-baħar f’Qawra Point fil-Qawra.

Il-Pulizija kienet infurmata dwar xi ħaġa suspettuża f’qiegħ il-baħar għall-ħabta tal-10:15 a.m. Minnufih uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll uffiċjali mill-Forzi Armati ta’ Malta marru fil-post.

Irriżulta li dak li kien intlemaħ f’qiegħ il-baħar kien katavru ta’ persuna u immedjatament bdiet ħidma biex jittella’.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-każ u biex tkun identifikata l-identità tal-persuna għadhom għaddejjin.

Sport