Fis-19 ta’ Ottubru se jibda l-ġuri dwar il-qtil ta’ Lassana Cisse

Aqra wkoll

Seba’ snin mill-qtil ta Lassana Cisse, nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru se jibda l-ġuri fejn fih Lorin Scicluna jinsab mixli b’dan il-qtil.

Il-Qorti fl-aħħar sigħat ordnat li tinħareġ notifika lill-Avukat Ġenerali u anke lill-akkużat b’din id-data. 

Scicluna jinsab akkużat bil-qtil ta’ Cisse, ħaddiem immigrant u missier ta’ żewġt itfal li kien jgħix fiċ-Ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Cisse hu mill-Kosta tal-Ivorju.

Il-vittma nqatel wara li allegatament Scicluna beda jispara tiri ta’ arma tan-nar fuq 3 persuni.  Cisse flimkien ma’ Ibrahim Bah u Mohammed Jallow kienu mexjin lejn iċ-Ċentru Miftuħ wara li kienu segwew logħba football f’Birżebbuġa.

Iż-żewġ persuni li kienu mal-vittma wkoll kienu sofrew xi ġrieħi.

Wara l-qtil, żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta li dakinhar tal-każ ma kienux xogħol ġew arrestati. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport