Mixja li kienu qed jagħmlu ħames adoloxxenti rriżultat f’sejba ferm insolita u li xxukjat bosta persuni.
Dan hekk kif waqt li dawn l-adoloxxenti kienu mexjin, huma sabu tarbija tat-twelid li sfat abbandunata f’temperaturi baxxi ferm ta’ -20° C (4F).
Jidher li t-tarbija tat-twelid instabet qawwija u sħiħa f’kaxxa tal-bajd fi triq remota qrib ir-raħal ta’ Sosnovka, fis-Siberja.
Iċ-ċkejkna ttieħdet b’urġenza l-isptar minn wieħed mill-ġenituri tal-adoloxxenti fejn ġiet iċċertifikata li kienet tinsab f’kundizzjoni tajba.
Il-Pulizija, li qed tfittex lill-omm, fetħet investigazzjoni kriminali dwar l-attentat ta’ qtil ta’ minorenni.
Il-ġenituri ta’ waħda mill-adoloxxenti li sabet lit-tarbija jixtiequ jadottawha iżda jridu jistennew biex jaraw jekk jinstabux qrabatha.
Il-biża’ kienet li t-tarbija, li hu maħsub li kellha madwar tlett ijiem meta nstabet, setgħet sofriet ġlata u ma kinitx se tibqa’ ħajja.
Malli ttieħdet l-isptar, tabib malajr eżamina lit-tarbija fejn minn hemm instabet li kienet f’saħħitha, u wara ġiet trasferita fi sptar tat-tfal fejn issa qed tingħata kura.