Wednesday, April 24, 2024

Standards dwar l-eżenzjoni temporanja għal dawk li jkunu pożittivi u ma jkunux jistgħu jieħdu l-booster

Aqra wkoll

Fil-Parlament tqajmet il-kwistjoni dwar x’se tkun il-pożizzjoni wara s-17 ta’ Jannar ta’ dawk l-individwi li ma jistgħux jieħdu l-booster għax kienu pożittivi għall-Covid-19. 

Kien id-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis li staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dwar dan u jekk iċ-ċertifikat tal-vaċċin jistax jibda jindika li dawn l-individwi rriżultaw infettati u għaldaqstant m’għandhomx bżonn booster sa ċertu żmien. 

Fearne wieġbu li matul din il-ġimgħa se jkunu qed jiġu ippubblikati standards inkluż dwar l-eżenzjoni temporanja għal dawk li jkunu pożittivi u ma jkunux jistgħu jieħdu l-booster f’dak il-perjodu.

Sport