Sunday, January 5, 2025

Fl-2024 ta’ kuljum kellna 67 uffiċjal fit-toroq tagħna…Kontribuzzjonijiet sinifikanti minn ħidmet id-Direttorat tal-Infurzar tal-Art ġewwa Transport Malta

Aqra wkoll

Is-sigurtà u miegħu l-influss tat-traffiku huma kruċjali għax jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum. Huwa proprju għalhekk li f’pajjiżna qiegħed isir investiment f’dan is-settur kemm mil-lat infrastrutturali, amministrattiv, kif ukoll fir-risorsi umani.

Fost l-entitajiet li jaħdmu biex kemm is-sewwieqa, kif ukoll il-persuni fit-triq ikunu mħarsa, għandna d-Direttorat tal-Infurzar tal-Artijiet ġewwa Transport Malta (TM) fejn din is-sena għamel kontribuzzjonijiet sinifikanti għall-ġestjoni u l-infurzar tat-traffiku f’diversi postijiet.

L-operazzjonijiet ta’ kuljum ta’ dan id-Direttorat iffokaw fuq il-kopertura ta’ punti ewlenin tat-traffiku, speċjalment waqt l-aktar ħinijiet li jinġemgħa traffiku. Fil-fatt jirriżulta li fl-2024 ta’ kuljum b’kollox kellna 67 uffiċjal li kienu fit-toroq tagħna f’ħidma biex jikkontrollaw it-traffiku u jiżguraw l-influss bla xkiel tal-vetturi.

Minbarra l-immaniġġjar tat-traffiku, uffiċjali ġew assenjati wkoll għal dmirijiet ta’ għeluq tat-toroq f’uħud mill-aktar żoni traffikużi fosthom Ħaż-Żebbuġ, il-Pieta, il-Marsa u Ħal Qormi. Dawn iż-żoni raw volumi kbar ta’ traffiku u t-tim tal-infurzar ħadem b’mod diliġenti biex jimminimizza l-konġestjoni u jiżgura s-sigurtà fit-toroq.

15,000 ċitazzjoni…

Fost l-aktar komuni kien użu tal-mowbajls waqt is-sewqan

Matul din is-sena d-Direttorat ħareġ total ta’ 15,000 ċitazzjoni. L-aktar vjolazzjonijiet komuni kienu jinkludu l-użu tal-mowbajls waqt is-sewqan, in-nuqqas ta’ konsiderazzjoni tas-sinjali tat-traffiku, l-użu mhux xieraq tal-karreġġjati u n-nuqqas li jinżammu l-vetturi fi stat xieraq ta’ tiswija.

Barra minnhekk, fl-istess perjodu ttieħdu l-compound total ta’ 278 vettura, b’155 minnhom ġew rilaxxati wara li tħallsu l-miżati kollha. Id-Direttorat issekwestra wkoll 111-il vettura abbandunata li nstabu f’toroq pubbliċi. Bħala parti mill-isforzi kontinwi biex titjieb is-sigurtà fit-toroq, matul is-sena ġew skrappjati total ta’ 105 vettura.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport