Tuesday, December 24, 2024

Fl-Amerka: Ifiq u jirritorna l-iskola wara li ta’ sentejn kien marad bil-leukemia

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Jgħidu li ritratt jaf jirrakkonta storja aktar milli wieħed xi kultant jista’ jesprimha permezz tal-kliem. Eżempju ta’ dan huwa ritratt fejn juri żewġt aħwa, li jgħixu l-Amerika, u li jidhru ħdejn xulxin fil-kamra tal-banju.

Fir-ritratt tidher it-tifla l-kbira b’idejha fuq ħuha ż-żgħir bl-isem ta’ Beckett u hija għamlet dan bħala sostenn waqt li kien qiegħed iħossu ma jiflaħx hekk kif kien għaddej mit-terapija tal-kimoterapija.

Becket kien ġie dijanjostikat bil-leukemia lura f’April tal-2018 meta kellu biss sentejn. F’Settembru tal-2019, ommhom kienet ippubblikat dan ir-ritratt kommoventi li kien inxtered fuq il-midja soċjali u juri r-rabta u l-importanza tal-familja waqt li xi ħadd sfortunatament ikun għaddej minn żmien ta’ kriżi.

Wara diversi xhur, Beckett u l-familja tiegħu issa rċevew aħbar sabiħa hekk kif issa għadu kemm daqq il-qanpiena ġewwa s-sala tal-isptar bħala sinjal li fieq mil-leukemia u mill-ġdid seta’ jirritorna lura l-iskola.

Oħtu Aubrey, li issa għandha seba’ snin, xorta waħda għadha tipproteġih u tkun hemm għalih hekk kif ommhom tistqar li wara dak li għaddew minnhu, nibtet rabta speċjali u insostitwibbli bejn iż-żewġt aħwa.

Ekonomija

Sport