Wednesday, April 24, 2024

Fl-Amerka: Pumpier isalva tifla ta’ tliet snin li kienet maqbuda fin-nirien

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Amerikan ta’ 33 sena, li jaħdem bħala pumpier, kien sejjer lura d-dar hekk kif lesta mix-xogħol. Kif kien fi triqtu, lemaħ dar taqbad bin-nirien u xi nies jippruvaw joħorġu minn ġewwa.  

Immedjatament waqqaf il-karozza u mar biex jagħtihom l-għajnuna. Huwa ftakar li fil-karozza kellu l-apparat tan-nifs għalhekk ħadu miegħu għax basar li ser jiġi bżonnu.

Hekk kif wasal viċin sema’ l-biki li kien ġej minn ġewwa, għalhekk bl-għajnuna tal-apparat seta’ jidħol sabiex ikun jista’ jagħti l-għajnuna u jsalva lil min ma rnexxielux joħroġ.

Huwa sab tifla ta’ tliet snin li kienet inqabdet fil-kamra tal-banju minħabba d-dħaħen u l-foga qawwija. Refagħha malajr u ħareġ biha ’l barra iżda malajr reġa’ daħal hekk kif induna li omm it-tifla kienet tinsab maqbuda ġewwa wkoll. 

“Bix-xorti kelli miegħi l-apparat tan-nifs għaliex kieku ma kontx inwettaq xogħli sew u ma kienx jirnexxili nsalvahom” Huwa qal li xogħlu jagħtih sodisfazzjon speċjalment meta jassisti lil xi ħadd u jsalvalu ħajtu.

Sport