Sunday, December 22, 2024

Fl-Ekwador: Tmut il-mara li ġimgħa ilu nstabet tieħu n-nifs fit-tebut minkejja li kienet iddikjarata mejta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mara Ekwadorjana ġiet iddikjarata mejta wara li aktar kmieni din il-ġimgħa hija nstabet tissielet għan-nifs wara li tpoġġiet ġo tebut, hekk kif tabib mediku iċċertifikaha li kienet mejta, fl-Isptar tal-Ekwador fejn kienet qegħda tingħata l-kura.

Kawża t’hekk hija qattgħet sebat ijiem fil-kura intensiva, fejn il-Ministeru tas-Saħħa tal-pajjiż ikkonferma li Bella Montoya ta’ 76 sena ħalliet din id-dinja u li mietet nhar il-Ġimgħa kawża ta’ puplesija. L-istess Ministeru qal li laqqa’ kummisjoni ta’ esperti sabiex il-każ tagħha jiġi rivedut.

F’kumment li ta lil midja internazzjonali, binha, Gilbert Barbera qal li din id-darba ommu verament kienet ħalliet din id-dinja, Huwa żied jgħid li ħajtu mhux se tibqa’ l-istess mingħajr il-preżenza ta’ ommu.

Il-każ fejn Bella Montoya instabet tieħu n-nifs ġo tebut seħħ madwar ġimgħa ilu. Ġurnata minnhom il-familja Montoya kienu qegħdin iħejju l-preparamenti hekk kif ommhom kienet iddikjarata mejta. Malli l-familjari marru jġibu t-tibdila li kienu se jlibbsulha għad-difna sabuha tissielet għan-nifs. Immedjatament Bella ttieħdet fl-istess sptar sabiex tingħata aktar kura.

Bella Montoya mhix l-unika persuna li kienet għadha ħajja wara li ġiet iddikjarata uffiċjalment mejta. Dan hekk kif fi Frar li għadda, mara ta’ 82 sena nstabet li kienet qed tissielet għan-nifs waqt li kienet tinsab f’dar tal-funerali fl-Istat ta’ New York. Hija kienet iddikjarata mejta tliet sigħat qabel f’dar tal-anzjani.

Ekonomija

Sport