Saturday, May 18, 2024

Tlieta l-Isptar wara ħabta f’Xatt il-Pwales

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li tliet persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tat-9:00 a.m. kienu involutu f’inċident tat-traffiku f’Xatt il-Pwales, ix-Xemxija.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn tliet vetturi: vettura Fiat 500 misjuqa minn Ingliża ta’ 26 sena, vettura MAN TGM misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Mellieħa, u karozza Toyota misjuqa minn raġel ta’ 44 sena. Passiġġier fil-Fiat kien hemm Olandiż ta’ 25 sena.

Is-sewwieqa tal-ewwel żewġ vettura u l-passiġġier tal-ewwel vettura ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Għalkemm il-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti, kelliem għall-Pulizija qal ma’ Talk.mt li s’issa ma jidhirx li weġġgħu serjament.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Sport