Friday, December 13, 2024

“Fl-ewwel 100 ġurnata ta’ Gvern Laburista ġdid se noħorġu l-liċenzji għal krematorju” – id-DPM

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru ħabbar proposta oħra. “Illi kif ngħidu li fl-ewwel mitt ġurnata ta’ gvern ġdid, jekk il-poplu jtina l-fiduċja fis-26 ta’ Marzu, se nkunu qed inwessgħu l-liġi tal-IVF biex aktar koppji jkunu jistgħu jsiru ġenituri, hekk ukoll fl-ewwel mitt ġurnata ta’ Gvern Laburista ġdid se noħorġu l-liċenzji għal krematorju biex f’Malta jkollna krematorju wkoll.”

Qal li issa li l-estensjoni u r-restawr tal-Addolorata mexjin sew, issa allura wasal iż-żmien li fix-xhur li ġejjin, jekk il-poplu jtihom il-fiduċja, ikollna krematorju ġewwa Malta.

“B’hekk qed nuru li iva f’pajjiżna, il-Gvern qiegħed hemm għalik, kemm waqt ħajtek, qabel ħajtek imma anke wara li tmut,” qal Fearne.

Ekonomija

Sport