Sunday, July 26, 2026
Home Internazzjonali Fl-Indja: Jirriżenja l-Ministru tal-Edukazzjoni f’rebħa għall-protesti tal-moviment taż-żgħażagħ 

Fl-Indja: Jirriżenja l-Ministru tal-Edukazzjoni f’rebħa għall-protesti tal-moviment taż-żgħażagħ 

0
13

Il-Ministru tal-Edukazzjoni tal-Indja, Dharmendra Pradhan, irriżenja wara ġimgħa ta’ dimostrazzjonijiet tal-massa. Dan b’hekk wassal għal rebħa kbira lil moviment ġdid taż-żgħażagħ li ħoloq sfida bla preċedent għall-Gvern preċidenti. 

Fi stqarrija, Pradhan qal li kien issottometta l-ittra tar-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru wara pressjoni minn dan il-moviment ta’ żgħażagħ li l-maġġorparti tagħhom huma studenti.

Huwa qal li ħassu mnikket b’dak li seħħ matul l-aħħar għaxart ijiem, iżda żied jgħid li jirrispetta ħafna l-aspirazzjonijiet, is-sentimenti u l-aspettattivi leġittimi taż-żgħażagħ tal-pajjiż.

Matul it-12-il sena tiegħu fil-poter, Modi kien wieħed mill-aqwa Ministri u sostna li l-Ministri tiegħu mhumiex responsabbli għal pressjoni pubblika. Din kienet l-ewwel darba li kawża tad-dimostrazzjonijiet tal-massa ġiegħlet lil wieħed mill-aktar Ministri leali tiegħu jirriżenja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here