OTTERS NIVEA………… 12
BIRŻEBBUĠA………….. 23
(3-10, 3-2, 2-6, 4-5)
Birzebbuga aċċertaw li jispiċċaw il-kampjonat regolari fl-ewwel post meta għelbu lill-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor ta’ 23-12, u b’hekk fil-play-offs se jilagħbu kontra r-raba’ tim.
Birzebbuga kienu diġá assigurati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel sessjoni hekk kif diġá kienu bnew distakk ta’seba’ goals, hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 10-3.
Konxji illi r-rebħa kienet diġá assigurata, fit-tieni sessjoni naqsu mir-rendiment tagħhom u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2, iżda rritornaw għar-rebħ fit-tielet sessjoni meta għamlu dan bl-iskor ta’ 6-2, qabel rebħu wkoll ir-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 5-4.
Għal Birzebbuga spikka ferm il-player Max Aquilina li skorja xejn inqas minn tmien goals, waqt li l-goals għal Otters waslu ħamsa kull wieħed minn La Rosa u Farrugia u minn doppjetta personali ta’ Cini.
Otters: M. Grech, J. Borg, K. Scicluna, J. Bugeja, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, A. Azzopardi, G. La Rosa (5), M. Farrugia (5), N. Cini (2), C. Borg, N. Camilleri, D. Camilleri




