Wednesday, December 25, 2024

Fl-Ingilterra: Tarbija tmut wara li ġugarell sadd it-toqba tal-banju

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tarbija Ingliża ta’ ftit xhur li kienet qed tilgħab fil-banju maż-żewġ ħutha s-subien li kienu ikbar minnha fl-età, tilfet ħajjitha wara li ġugarell sadd it-toqba tal-banju bil-konsegwenza li għerqet fl-ilma li nġema’.

Minn inkjesta li nfetħet f’Leicester Town Hall fl-Ingilterra, intqal kif l-omm kienet qed tieħu ħsieb lit-tlett itfal tagħha waqt li kienu qegħdin jinħaslu u li hi telqet it-toqba tal-banju miftuħa waqt li kien nieżel l-ilma mill-vit. Wieħed mill-aħwa talab ġugarell lil ommu biex jilgħab bih fl-ilma. F’temp ta’ ftit sekondi, kemm illargat biex tnewwilhulu, ġugarell ieħor sadd it-toqba tal-banju, b’konsegwenza li ċ-ċkejkna, Sara Moosa, għerqet f’ħames pulzieri ilma.

It-tewmin irnexxielhom jeħilsuha mill-mewt minħabba li kienu qed jilagħbu bilwieqfa, filwaqt li sfortunatament it-tarbija ta’ 10 xhur kellha tħallas il-prezz b’ħajjitha. Hija nstabet b’wiċċha ‘l isfel fl-ilma.  

Il-familja immedjatament ċemplet għall-ambulanza u ngħataw struzzjonijiet dwar kif għandhom iwettqu s-CPR sakemm ma jaslu tim mediku fuq il-post. Paramediku qal li x’ħin waslu sabu lit-tarbija fuq il-bank tal-kċina filwaqt li l-membri tal-familja bdew jippruvaw ituha l-ħajja. Minkejja li l-membri tat-tim mediku ħadu għamlu dak kollu possibbli, iċ-ċkejkna ġiet dikjarata mejta fl-isptar.

Minn awtopsja li sar fuq il-katavru tat-tarbija, ġie kkonfermat li t-tarbija mietet kawża tal-għarqa u li l-mewta tat-tifla saret b’mod inċidentali tant li ma tqajjem ebda tħassib mill-Pulizija wara l-ispezzjoni tax-xena.  

Ekonomija

Sport