Friday, May 3, 2024

Napoli jiftħu vantaġġ ta’ 18-il punt

Aqra wkoll

Napoli għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-kampjonat Taljan meta barra minn darhom għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 18-il punt fil-quċċata tal-klassifika. 

Iż-żewġ protagonisti kienu Khvicha Kvaratskhelia u Victor Osimhen li skorjaw iż-żewġ goals li waslu fl-ewwel taqsima. 

L-ewwel wieħed wasal fit-12-il minuta meta Khvicha Kvaratskhelia seraq ballun f’nofs il-ground biex ippenetra fid-difiża avversarja qabel ma b’mod intelliġenti xeħet il-ballun fix-xibka. 

Fit-33 minuta, il-Partenopei rduppjaw meta Victor Osimhen uża l-veloċitá tiegħu bil-kontroll tal-ballun u spara l-ballun fix-xibka minn pożizzjoni angolata.

Sport