Friday, December 27, 2024

Fl-Iraq: Segwaċi ta’ Muqtada al-Sadr jinvadu l-Parlament f’Baghdad

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mijiet ta’ dimostranti kisru żona ta’ sigurtà għolja f’Baghdad u daħlu fil-bini tal-Parlament tal-Iraq. Dan wara li s-segwaċi ta’ Muqtada al-Sadr qed jopponu għan-nomina ta’ kandidat rivali għal Prim Ministru.

L-alleganza politika tats-Sur Sadr kisbet l-akbar ammont ta’ siġġijiet fl-elezzjoni ġenerali ta’ Ottubru li għadda, iżda mhix fil-poter minħabba l-imblokk politiku wara l-votazzjoni. Qed ikun allegat li l-pulizija sparaw gass tad-dmugħ u anke kanun tal-ilma lejn id-dimostranti wara li daħlu f’dik li hi magħrufa bħala “ż-żona l-ħadra” li hi mgħassa sew.

Sors tas-sigurtà qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li l-forzi tas-sigurtà inizjalment dehru li waqqfuhom iżda mbagħad “daħlu fil-parlament”.

Il-Prim Ministru attwali tal-Iraq, Mustafa al-Kadhimi, talab lid-dimostranti biex jitilqu mill-binja waqt li dawn bdew ikantaw, jiżfnu u anke jimteddu fuq l-imwejjed fil-Parlament.

Ekonomija

Sport