Saturday, December 21, 2024

Fl-Istati Uniti: Adoloxxenti li qatel lill-familja kollha tiegħu ma juri ebda rimors fil-qorti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

minn Carmen Cachia        

Minkejja li għandu ċans li jingħata l-piena kapitali wara li kien akkużat li s-sena l-oħra qatel ħames membri tal-familja tiegħu stess, adoloxxenti minn Alabama huwa rrapportat li deher kalm għall-aħħar fil-qorti u mhuwiex juri sens ta’ rimors għat-traġedja familjari li kkawża.

Dokumenti maħruġa mill-qorti lokali juru li Mason Wayne Sisk, li għandu 15-il sena, huwa akkużat li f’Settembru tal-2019 spara fuq u qatel lil missieru, lil ommu tar-rispett u t-tliet aħwa iżgħar minnu f’Elkmont, fit-Tramuntana ta’ Alabama, li jmiss mal-konfini ta’ Tennessee.

L-adoloxxenti kellu biss 14-il sena meta kkommetta l-qtil kiesaħ u biered tal-familja tiegħu u issa li qiegħed jidher quddiem il-maġistrati, lanqas qiegħed juri sens ta’ ħtija għal dak li għamel.

Min-naħa tiegħu, l-uffiċjal tal-probation ta’ Mason qal li ż-żagħżugħ għandu relazzjoni tajba mal-ħabsin l-oħra, jobdi l-ordnijiet u jagħmel ix-xogħol tal-iskola. 

Il-vittmi kienu missieru Joh Sisk ta’ 38 sena, ommu tar-rispett Mary Sisk li kellha 35 sena u ħutu Grayson ta’ sitt snin, Aurora li kellha ħames snin u t-tarbija ta’ sitt xhur Colson. 

Dawn id-dokumenti legali qalu li l-membru tal-familja ta’ Mason sofrew ġrieħi fatali minn sparatura f’rashom. Kien hemm spekulazzjonijiet li l-qattiel wasal għal dan l-att krudili wara li sar jaf li Mary Sisk ma kinitx l-omm bijoloġika tiegħu. 

L-adoloxxenti huwa mixli bi tliet kapi ta’ akkuża, kif ukoll talli fl-attakk li għamel, ħalla aktar minn żewġ vittmi. Skont informazzjoni oħra, jingħad li dan il-qattiel qiegħed jinżamm fil-ħabs tal-minuri f’Limestone County.

Ekonomija

Sport