Saturday, November 23, 2024

Fl-Istati Uniti: Missier joqtol lil bintu ta’ 18-il xahar “bħala sagrifiċċju lil Alla”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Missier li jgħix fl-Istati Uniti qatel lil bintu ta’ 18-il xahar u wara qal li għamel dan bħala sagrifiċċju lil Alla.  

Il-missier Mark Hambrick qed ikun akkużat li qatel lil bintu Amina fi New Orleans u hu għamel dan biex jingħata l-piena tal-mewt. Hu jemmen li wara li jsir dan hu jerġa’ jixoxta għax hu jemmen li hu Ġesu Kristu u anke jgħid li jirċievi messaġġi minn Alla.

Nhar it-Tlieta komplew il-proċeduri kontra Hambrick, fejn inbeda l-proċess biex jiġi stabbilit jekk il-missier għandux problemi ta’ saħħa mentali li jistgħu jimpeduh milli jkun preżenti fil-ġuri. 

Waħda mix-xhieda, Dr Janet Johnson qalet li Hambrick  jemmen li hu kellu jingħata l-piena tal-mewt u dan kellu jsir fl-400 anniversarju mindu l-ewwel bastimenti bl-iskjavi waslu fl-Istati Uniti.

Tobba tal-Istat xehdu li huma jemmnu li l-istat mentali ta’ dan ir-raġel tant hu sever li jimpedixxih milli jgħaddi ġuri.

Wara li Amina inqatlet, il-missier ċempel lill-Pulizija  u qalilhom b’dak li kien għadu kif għamel. Hu stennihom imorru f’daru u jarrestawh. Hu filfatt ma offra ebda eżistenza. 

Il-Prosekutur, Daniel Smart fil-Qorti qal li Hambrick kien persuna intelliġenti ħafna u kellu Masters. Hu ma naqasx li jgħid li jista’ jkun li Hambrick qed jaġixxi b’mod li juri li għandu problemi ta’ saħħa mentali, biex jevita l-ġuri. 

Sport