Wednesday, April 24, 2024

Fl-Istati Uniti: Omm bil-Covid-19 tmut wara li twelled lil bintha mingħajr ma jkollha ċ-ċans taraha

Aqra wkoll

Omm Amerikana infettata bil-Covid-19 li welldet lil bintha waqt li kienet fuq il-ventilaturi mietet mingħajr qatt ma rat lil bintha.

Aurora Chacon Esparza, ta’ 35 sena, kienet qed tirċievi kura fl-Isptar North Memorial Hospital fi Brooklyn wara li wriet sintomi ta’ coronavirus.

Tobba kienu mħassbin dwar is-saħħa tat-tarbija, b’mod partikolari li t-tifla ma kinitx qed tirċievi biżżejjed ossiġnu. It-tobba waslu għall-konklużjoni li jwettqu operazzjoni ċesarja minkejja li l-mara kienet għadha fit-30 ġimgħa ta’ tqala.

It-tarbja, li ngħatat l-isem Andrea, kienet deskritta li tinsab f’saħħa tajba. Madankollu l-omm mietet nhar il-Ħadd li għadda mingħajr qatt ma jkollha l-opportunità li tiltaqa’ ma’ bintha.

Esparza, li kienet tqila bit-tielet wild tal-koppja, bdiet tri sintomi li kienet indettata bil-coronavirus fil-bidu ta’ Ġunju, fosthom sogħla qawwija u diffikultà biex tieħu nifs.

Sport