Thursday, December 19, 2024

“Flimkien miegħek irrid noħloq alleanza biex intejjiblek il-ħajja tiegħek”

Aqra wkoll

Minn ġewwa l-lokalità tal-Fgura, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-politika ssir fuq livell nazzjonali iżda daqstant importanti wkoll li ssir fuq livell lokali.

“Irridu nindirizzaw dawk il-bżonnijiet li inti għandek fil-lokalità tiegħek, fit-triq tiegħek, viċin id-dar tiegħek, fejn tmur tixtri… dak meta ngħidu li l-politika hija msejsa fuq il-persuna. Int tinsab fiċ-ċentru tal-politika tagħna.”

Tkellem dwar il-bżonn li tiġi indirizzata l-problema tat-traffiku. Hawnhekk qal li bla dubju l-ħtieġa li nużaw il-karozza hija importanti, pero qal li hemm bżonn li nifhmu wkoll li t-twessigħ tat-toroq waħdu issa huwa evidenti li kien falliment taħt Gvern Laburista. Qal li għalhekk iridu jmorru għal trasport tal-massa efiċjenti u żied jgħid li l-uniku għażla li l-poplu għandu huwa dak li qed jipproponu huma – trasport tal-massa bbażat fuq it-trackless tram.

Qal li Gvern Laburista jwiegħdek is-sema fl-art u jagħtik l-inkubu.

“Flimkien miegħek irrid noħloq alleanza biex intejjiblek il-ħajja tiegħek għaliex int għandek dritt għal ħajja aħjar. Irrid ikollok l-opportunità, iva, li taqla’ iktar flus u għalhekk irridu noħolqu għaxar setturi ekonomiċi ġodda imma fuq kollox irridek tgawdi lill-għeżież tiegħek, il-ħin liberu tiegħek. Fis-26 ta’ Marzu inti għandek passaport f’idejk  – jekk għadek ma ġbartux, mur iġbor il-vot.”

Ekonomija

Sport