Floriana iffirmaw lil Paul Mbong b’mod permanenti.
Plejer li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, Paul kellu rwol kruċjali fit-27 Titlu tal-Kampjonat storiku tal-Klabb, wara li ngħaqad ma’ Floriana b’self f’Jannar u malajr stabbilixxa ruħu bħala figura ewlenija kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu.
Wara r-release tiegħu minn FK Čukarički tas-Serbja, l-Amministrazzjoni tal-Klabb, immexxija mill-President Johann Said flimkien mal-Istaff Tekniku, aġixxiet malajr biex tiżgura r-ritorn ta’ Paul, din id-darba bi trasferiment permanenti.
Ir-ritorn ta’ Paul ma’ Floriana FC jirrifletti l-ambizzjoni kontinwa tal-Klabb hekk kif qed jibnu fuq is-suċċess tal-istaġun li għadda u jħarsu ’l quddiem lejn il-kapitlu li jmiss.




