Valletta …….0
Floriana ……2
Floriana għelbu lir-rivali eterni, Valletta, bl-iskor ta’ 2-0 biex minbarra kisbu d-double fuqhom huma saħħew it-tieni pożizzjoni.
Min-naħa l-oħra, il-Beltin sofrew it-tielet telfa wara l-oħra biex komplew jaqtgħu lura min-naħa ta’ fuq.
Kienu Valletta li ħarġu l-aħjar u wara li Lucas Campos irċieva tajjeb fuq ix-xellug u kkonkluda ftit barra fis-sitt minuta, ħames minuti wara, azzjoni tajba rat lil Pena Beltre jgħaddi l-ballun lil Fontanella fuq il-lemin u mill-cross ta’ dan, Shaun Dimech kellu xutt tajjeb imblukkat minn El Hasni.
Fit-18-il minuta Floriana rrispondew bi cross-shot ta’ Jan Busuttil mil-lemin li ġie mdawwar f’corner minn Guarnone.
Sitt minuti wara, huma marru fil-vantaġġ hekk kif Campos tilef il-ballun f’nofs il-ground, El Hasni għadda lejn Busuttil li fetaħ tajjeb fuq ANDREI CIOLACU li daħal fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx għeleb lil Guarnone.
Fil-25 minuta waslet ir- reazzjoni ta’ Valletta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Triston Caruana wara free-kick qasir li għadda ftit għoli
Kristian Keqi mar viċin għal Floriana meta kkontrolla ballun tajjeb barra l-kaxxa iżda kkonkluda ftit barra biex il-Beltin kellhom cross ta’ Pena Beltre mix-xellug, imxellef minn difensur b’Kitanov isalva tajjeb.
Fit-tieni taqsima, Valletta ħarġu jfittxu l-goal tad-draw u fis-56 minuta, minn pass ta’ Fontanella, Caruana spara xutt b’ saħħtu salvat minn Kitanov.
Iżda fit-63 minuta, Floriana rduppjaw meta Arias għadda l-ballun lejn is-sostitut Agius fuq il-lemin u mill-cross ta’ dan, sostitut ieħor, EUGENIU REBENJA għeleb lil Guarnone bir-ras mill-qrib.
Fil-65 minuta, Caio Prado ttanta xortih għal Valletta b’xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat f’żewġ tentattivi minn Kitanov.
Għall-bqija tal-logħba, Floriana kkontrollaw kull sitwazzjoni mingħajr tbatija.
VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana (24-Rowen Muscat 61), 10-Shaun Dimech, 11-Michele Sansone, 18-Enmy Pena Beltre, 66-Eslit Sala (66-Eslit Sala 25), 77-Caio Prado (8-Promise Oluwatobi Emmanuel David 85), 89-Mario Fontanella, 97-Lucas Campos (9-Haris Dilaver 61). – Coach: Antonio Jose Cardoso Mendes
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 9-Kristian Keqi (29-Eugeniu Rebenja 55), 10-Ulises Jose Arias (14-Bradley Sciberras 77’), 11-Andrei Ciolacu (18-Neil Cassar 92), 22-Brandon Paiber (99-Manolito Micallef 92), 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (96-Daniel Agius 55) 77-Aleandro Garzia, 94-Ryan Camenzuli. – Coach: Gianluca Atzori
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Sultana
RABA’ UFF: Stefan Pace
SKORER: A. Ciolacu 24, E. Rebenja 62 (F)
AMMONITI: A. Ciolacu, R. Camenzuli, Z. Cassar (F)