MARSAXLOKK ……..1
FLORIANA …………..3
Floriana jinsabu punt ‘il bogħod milli jispiċċaw matematikament rebbieħa tal-Closing Round tal-Malta Premier wara rebħa ta’ 3-1 fuq Marsaxlokk.
L-ewwel azzjoni ta’ nota waslet wara seba’ minuti u din rat lil Marsaxlokk jiftħu l-iskor meta Isaac Christie-Davies għadda tajjeb lejn JORGE AILTON SOARES li b’ xutt preċiż u angolat minn tarf il-kaxxa għeleb lil Cioletti u tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fit-13-il minuta, il-Greens kisbu d-draw meta FEDERICO VARELA approfitta minn indeċiżjoni tad-difensuri Xlukkajri meta naqsu li jikklerjaw cross ta’ Mendonca biex spara fix-xibka minn taħt il-lasta.
Fit-42 minuta, Floriana rduppjaw meta PAUL MBONG ikkonkluda azzjoni mill-isbaħ li bdiet minn pass intelliġenti ta’ Varela bl-eks player ta’ Birkirkara jispara xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ma ħafirx.
Floriana bdew it-tieni taqsima mill-ewwel fuq l-offensiva meta Dunstan Vella javvanza fil-kaxxa u rċieva passaġġ mingħand Mbong b’Pepe l-ewwel u Mafoumbi wara jiddevjaw il-ballun f’ corner
Fit-52 minuta, Floriana skorjaw it-tielet goal meta FEDERICO VARELA rċieva mingħand Charles M’Mombwa u fajjar xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa.
Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Isaac Christie-Davies (Redon Mihana 61), Rasmus Linden (James Joseph Kirby 61), Juan Carlos Corbolan, Jose Ulises Arias (Ensell Attard 83), Jorge Ailton Soares, Leandro Aguirre, Domantas Simkus (Triston Caruana 74) – Coach: Vincenzo Potenza
Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Federico Varela, Dunstan Vella, Alen Kurtalic (Kenan Dervisagic 76), Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli (Aristide Mabea 76), Charles M’ Mombwa (Lara Antonio Abreu 84), Iago Perreira Mendonca, Paul Mbong (Zachary Scerri 84), Rui Areias (Mustapha Jah 64). – Coach: Daniel Portela
Referee: Matthew Degabriele
assistenti: Mitchell Scerri, Shaun Calleja
Raba’ Uff.: Joseph Scerri
Skorers: J. A. Soares 7 (M), F. Varela 13, P. Mbong 42, C. M’Mombwa 52 (F)
Ammoniti: N. Muscat, J. C Corbalan, D. Simkus (M), O. Spiteri (F)
Player tal-Logħba: Federico Varela (Floriana)

