Thursday, April 16, 2026

Hamrun Spartans isofru t-tielet telfa konsekuttiva

Aqra wkoll

Hamrun SpartanS ……..0

Gzira United ……………..1

Hamrun Spartans kabbru s-sensiela ta’ tliet telfiet konsekuttivi hekk kif sfaw megħluba minn Gzira Uni­ted bl-iskor ta’ 1-0 proprju fl-aħħar azzjoni tal-partita.

L-ewwel azzjoni peri­ko­luża waslet mill-Gżirjani b’xutt ta’ Maxuell Maia li Henry Bonello dawwar f’corner … li minnu l-istess Bonello ssejjaħ fl-azzjoni fuq tentattivi ta’ Bohrer Mentz u Riascos. 

Fis-26 minuta, l-Ispartans ħolqu l-ewwel okkażjoni meta Mbong qassam lil Ceter iżda Colombo ħareġ u nterċetta il-ballun.

Fil-35 minuta, Ceter ġie mwaqqa’ b’kuntatt minimu fil-kaxxa, bl-uffiċjal Ezekiel Barbara jħalli l-logħob għaddej.   L-azzjoni kompliet bi Bruno l-ewwel jolqot il-lasta  u mbagħad id id-difensur Bohrer Mentz. 

Il-coach Ħamruniż, Giacomo Modica, talab l-intervent tal-Football Video Support għall-foul fuq Ceter b’Barbara jikkonferma d-deċiżjoni meħuda wara li għamel ir-reviżjoni meħtieġa.

Fil-51 minuta, l-Ħamruni­żi kellhom free-kick mid- distanza f’dik li kienet l-ewwel azzjoni ta’ nota fit-tieni taqsima.  El Fasni nkariga ruħu mix-xutt b’Colombo jir­nexxielu jsalva megħjun mill-mimduda.

Fil-61 minuta, l-Ispartans resqu viċin iżda Colombo salva d-daqqa ta’ ras ta’ Ederson Bruno.

Fid-69 minuta, is-sostitut tal-Maroons, Fabricio Silva Virgens, kien għoddu ħasad għal kollox lil Bonello iżda  dan tal-aħħar dawwar f’corner.

Il-Gżirjani komplew jinsistu u din id-darba kien Bastic li xeħet cross-shot iżda sab lil Bonello attent.

Fil-71 minuta, Ħamrun irrispondew meta cross ta’ Compri wasal għand Jonny li niżżel il-ballun lil Ekeke bix-xutt ta’ dan tal-aħħar jispiċċa barra.

Minuta wara, kien hemm  episodju għal Gżira Uni­ted meta Silva Virgens sab lil Maxuell Maia żmarkat li mingħajr ebda problemi irnexxielu jegħleb lil Bonello u jitfa’ l-ballun fix-xibka.

Ir-referee Barbara mar jikkonsulta mal-Football Video Support wara li ġie msejjaħ  biex jagħmel dan mir-raba’ uffiċjal, Philip Farrugia, wara preżunt foul ta’ Maxuell Maia fuq Rafael Compri.  Barbara għażel li jħassar il-goal wara li rreveda l-azzjoni fuq l-FVS.

Fil-81 minuta, Ezekiel Barbara ġie msejjaħ mill-caoch ta’ Gzira, Darren Abdilla, wara li allegatament Ognjen Bjelicic ikkommetta foul fuq Andre Penha da Costa.  Barbara ħareġ il-karta s-safra lis-Serb wara li għamel ir-reviżjonijiet meħtieġa.

Fil-95 minuta, Brooklyn Borg deher li ġie mwaqqa’ fil-kaxxa mid-di­fensuri Ħamruniżi biss Barbara ħalla l-logħob għaddej.

Fit-98 minuta, il-Gżirjani skorjaw il-goal tar-rebħ wara li Maxuell Maia rċieva ballun tajjeb ħafna mingħand Brooklyn Borg u wara ħarba ta’ madwar għoxrin metru, irnexxielu jegħleb lil Bonello biex ta t-tliet punti drammatiċi lill-Maroons fost il-ferħ tal-players sħabu u tal-partitarji.

L-aqwa player tal-logħba mogħti mill-ġurnalisti preżenti kien Andrew Borg ta’  Gzira United.

Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Compri, Sven Xerri, Matthew Guillaumier, Matias Garcia (65’ Blessing Ekeke), Joseph Mbong, Vincenzo Polito, Damir Ceter (65 Jonny Do Nascimento), Ognjen Bjelicic, Mouad El Fanis (80’Danilo Bulevardi), Ivan Inzoudine (13’ Ederson Bruno Domingos)   – Coach: Giacomo Modica

Gzira U.: Edoardo Colombo, Gabriel Mentz Bohrer, Andrew Borg (89’ Dejan Farrugia), Maxuell Maia, Clayton Failla, Luis Carlos Riascos (46’ Fabricio Silva Virgens), Stasa Bastic (79’ Brooklyn Borg), Isemoli N’ Sa, David Xuereb (89’ Santiago Martinez), Johan Josue Bonilla (79’ Andre Penha da Costa), Mihajlo Stojanovic    – Coach: Darren Abdilla

Referee: Ezekiel Barbara

assistenti: James Muscat, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Philip Farrugia

Skorer: M. Maia 98 (GU)

Ammoniti: V. Polito, D. Valencia, O. Bjelicic (HS); A. Borg, L. Riascos (GU)

Player tal-Logħba: Andrew Borg (Gzira U.)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport