Péter Magyar, il-Prim Ministru Elett Ungeriż f’laqgħa li kellu mal-President Tamás Sulyok fejn talbu biex it-trasferiment ta’ poter isir malajr.
Kien nhar il-Ħadd li għadda li Magyar rebaħ l-elezzjoni b’maġġoranza kbira u b’hekk Viktor Orbán wara 16-il sena tilef il-poter.
Magyar qal li hu jixtieq li jlaqqa’ l-Assemblea Nazzjonali fl-4 ta’ Mejju fl-istess jum li fih jitħabbar ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni.
Min-naħa tiegħu l-President qal li waqt il-laqgħa li kellu ma’ Magyar qallu li se jkun qiegħed jiftaħ il-Parlament fl-aktar ġurnata kmieni li jista’ minn meta jitħabbar ir-riżultat uffiċjali.

