MOSTA…………………………2
ZABBAR ST PATRICK …….1
Mosta kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra Zabbar St Patrick bil-goal jasal proprju fl-aħħar azzjoni tal-partita.
Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu lejn il-lasti ta’ Mosta fit-22 minuta hekk kif xutt ta’ James Nicholas Agius spiċċa għoli.
Fuq in-naħa l-oħra, kien Prince Chibuzor li ttanta xortih b’xutt mill-viċin li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Zabbar, Ignacio Colombo.
Fis-37 minuta kien Giancarlo Goncalves li b’xutt b’saħħtu ġiegħel lil Colombo jsalva b’diffikultá.
Iżda fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Mosta fetħu l-iskor meta mill-cross perfett ta’ Nevin Portelli, kien PRINCE CHIBUZOR li b’xutt mill-ewwel ħasad għal kollox lil Colombo.
Fit-53 minuta Mosta kellhom ċans jirduppjaw l-iskor iżda x-xorti ma kinitx magħhom wara li Giancarlo Goncalves laqat il-lasta.
Mosta baqgħu tajbin fl-attakk u fl-64 minuta, kien Nevin Portelli li ndirizza cross tajjeb lejn Goncalves li b’xutt bid-dawra ra l-ballun jintemm għoli.
Fit-73 minuta kien is-sostitut ta’ Zabbar, Mario Fontanella, li nkariga ruħu minn free-kick li iżda kien ċentrali biex David Udoh Akpan salva b’mod faċli.
Fit-80 minuta, l-aħjar player tal-logħba, Giancarlo Goncalves, kien sfortunat hekk kif laqat il-lasta għat-tieni darba wara tentattiv mill-viċin eżattament
Fid-90 minuta, Zabbar ingħataw penalty li minnu inkariga ruħu MARIO FONTANELLA li mill-11-il metru ma żbaljax.
U meta kollox deher li l-logħba kienet se tispiċċa fi draw, wasal il-goal tar-rebħa għal Mosta hekk kif wara kontrattakk veloċi, kien is-sostitut AZER KOZIC li proprju minn quddiem Colombo ma ħafirx.
Mosta: David Udoh Akpan, Nevin Portelli, Giancarlo Goncalves (Cheikh Senghor 90), Joao Victor, Nathan Agius (Bradley Farrugia 80), Prince Chibuzor, Charles Oderinde, Salomao Filipe Willian, Cacho Alves (Azer Kocic 90), Jake Vassallo, Leonardo da Silva Coach – Coach: Joseph Grech
Zabba SP: Ignacio Colombo, Bruno Miguel (Ryan Scicluna 83), Santiago Cejas (Luis Felipe 83), Brian Gambarte, Nicholas James Agius, Jake Micallef, Ayom Majok Ayom (Mario Fontanella 63), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius da Paiva (Im Youngwon 74), Kean Scicluna – Coach: Gilbert Agius
Referee: Ishmael Barbara
assistenti: Luke Portelli, Duncan Spencer
Raba’ Uff.: Glen Tonna
Skorers: E. P. Chibuzor 46, A. Kozic 95 (M), M. Fontanella pen. 92 (ZSP)
Ammoniti: N. Agius, J. Da Silva (M), B. M. Gomes (ZSP)
Player tal-Logħba: Giancarlo Goncalves (M)

