Thursday, April 16, 2026

Valletta miżmuma minn Naxxar Lions

Aqra wkoll

NAXXAR LIONS……. 1

VALLETTA……………. 1

Naxxar Lions kisbu punt b’mod drammatiku fl-aħħar mumenti tal-partita fid-draw ta’ 1-1 kontra Valletta li spiċċaw jilagħbu bi player għall-aħħar nofs siegħa.

Il-Beltin fetħu l-iskor fl-24 minuta, meta DIOGO TAVA­RES avvanza waħdu, qabeż żewġ players u b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Debono.

Fit-63 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li Naxxar talbu l-Football Video Support wara daħla b’saħħitha ta’ Thaylor Aldama fuq Joao Vitor Cardoso, bir-referee jdawwar id-deċiżjoni tiegħu minn karta safra għal karta ħamra.

Fid-90 minuta, Naxxar kisbu d-draw bwara li difensur ta’ Valletta mar jikklerja l-ballun li ħabat mal-mimduda u niżel f’saqajn NEIL PACE COCKS li minn taħt il-lasta spara fix-xibka.

Fil-ħin mogħti żejjed, in- Naxxarin kienu ferm sfortunati meta l-wieqfa bix-xutt insidjuż ta’ Edson Farias Cerqueira.

Naxxar L.: Matthias Debono, Theo Kruger, Goncalves De Campos, Neil Pace Cocks, Edson Farias, Daniel Letherby (Shaun Bugeja 68), Gabriel Costa Goncalves, Christian Nganmini (Yeangel Montero 81), Vinicus De Jesus, Amiel Guehi, Joao Moura Cardoso   – Coach: xxxx

Valletta: Adilson Aguero, Andrea Zammit (Adebayo Basher 55), Brandon Paiber, (Keith Brewer JR 86), Jake Azzopardi, Diogo Tavares, Yannick Yankam (Jackson Mendoza 55), Emmanuel Mbende, Neil Micallef, Yuri Messias (Mattias Ellul 64), Sava Radic, Thaylor Aldama – Coach: Thane Micallef

Referee: Daniel Casha

assistenti: Mark Ciantar, Slawomir Olucha 

Raba’ Uff.: Fyodor Zammit

Skorers: D. Tavares 24 (V), N. Pace Cocks 90 (N)

Ammoniti: N. Pace Cocks (N), E. M. Mbende (V)

Tkeċċa: T. Aldama 63 (V)

Player tal-Logħba: Diogo Tavares (Valletta)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport