Thursday, April 16, 2026

Blackball: It-timijiet Maltin jirbħu l-logħbiet kollha tat-tielet ġurnata

Aqra wkoll

Fit-tielet ġurnata tat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 li qed issir b’Ġibilta’, it-timijiet Maltin komplew juru l-potenzjal tagħhom hekk kif rebħu l-logħbiet kollha tagħhom fil-kategoriji kollha li ħadu sehem fihom.

Fl-ewwel logħba ta’ filgħodu t-tim nazzjonali ta’ taħt it-23 sena fetaħ b’rebħa konvinċenti ta’ 20-5 kontra l-Irlanda. Fl-istess sessjoni, it-tim B tal-irġiel kiseb suċċess ieħor meta għeleb lil Messiku B1 bl-iskor ta’ 19-6.

Wara nofsinhar, it-tim A tal-irġiel kompla jikkonferma s-saħħa tiegħu b’rebħa ta’ 18-7 kontra Shetland Men’s A. Intant, it-tim B tal-irġiel reġa’ kien protagonist b’rebħa importanti ta’ 15-10 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B1.

Filgħaxija, it-tim B lagħbu t-tielet logħba tagħhom fejn anke hawn żammew il-konsistenza b’rebħa kbira ta’ 21-4 kontra Ġibiltà B. 

Fis-sessjoni tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, Malta U23 lagħbu t-tieni logħba tagħhom u anke hawn kisbu rebħa oħra wara skor ta’ 15-10 kontra l-Iskozja A. 

Finalment it-tielet logħba tat-tim ta’ taħt it-23 sena kienet kontra t-tim B Skoċċiż u hawn huma rebħu 17-8

Sadanittant illum tintlagħab ir-raba’ ġurnata b’dan il-programm:

14:00

Malta Seniors A vs Wales Seniors A

Catalonia Mens B vs Malta Mens B

17:00

Malta U23 A vs Wales U23 B1

Malta Mens A vs Mauritius Mens A

Irlanda Seniors A vs Malta Seniors A

20:00

Malta Mens B vs Awstralja Mens B

BAF Mens A vs Malta Mens A

22:30

Malta Mens A vs Awstralja Men

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport