Monday, May 11, 2026

Floriana Young Stars jiksbu t-tieni post u kwalifikazzjoni għal Euro Hockey 2027

Aqra wkoll

Floriana Young Stars kisbu t-tieni post tal-kampjonat nazzjonali tal-Hockey meta fid-decider għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks wara s-shoot-out. Iż-żewġ timijiet kienu spiċċaw bl-istess numru ta’ punti fil-klassifika u għalhekk kienet meħtieġa din il-logħba deċiżiva.

Il-partita kienet waħda mimlija emozzjoni u ritmu għoli. Kien Joe Ellul Turner li fetaħ l-iskor għal Floriana minn penalty corner biex tahom vantaġġ kmieni ta’ 1–0. Madankollu, il-logħba nbidlet u sa tmiem it-tielet quarter, Żurrieq dawru l-iskor favurihom grazzi għall-gowls ta’ Jayden Cutajar u Keith Scicluna.

Fil-mument kruċjali tal-aħħar quarter, il-captain Karl Chircop ħa r-responsabbiltà u kkonverta penalty stroke biex ġab id-draw ta’ 2–2, riżultat li baqa’ l-istess anke sa tmiem l-logħba.

L-eroj tas-shoot-outs kien il-goalkeeper ta’ Floriana Marvin Grixti li kien determinanti f’dan il-mument kruċjali.

B’dan ir-riżultat, Floriana kisbu wkoll il-kwalifikazzjoni għal Euro Challenge Hockey tas-sena 2027.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport