Monday, May 11, 2026

Missier jinżamm arrestat wara li ġie mixli  b’atti sesswali fuq bintu ta’ 6 snin

Aqra wkoll

Missier ta’ 46 sena residenti ż-Żejtun ġie mixli fil-Qorti li kkorrompa lil bintu stess ta’ 6 snin. Wara li wieġeb mhux ħati, il-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ meta rċiviet rappoert mingħand id-Direttorat tal-Protezzjoni tat-Tfal, wara li tifla ta’ sitt snin tkellmet magħhom dwar abbuż sesswali minn missierha.

Mal-ħaddiema soċjali, it-tifla allegat li kienet bdiet tirċievi messaġġi ta’ naturi sesswali mingħand missierha fuq Whatsapp. Allegat li missierha kien juriha l-parti privata tiegħu u kien hemm xi drabi li talabha biex tmissu.

Meta l-pulizija tkellmu mat-tifla, hija kkonfermat dak kollu li kienet allegat mal-ħaddiema soċjali filwaqt li tat aktar dettalji dwar il-każ.

Quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, il-missier ġie akkużat b’korruzzjoni ta’ minorenni, b’atti ta’ natura sesswali mingħajr kunsens u li huwa reċediv, fost akkużi oħra. 

Il-Prosekuzzjoni qalet li hu ġie arrestat hekk kif mar l-għassa biex jiffirma minħabba li qiegħed taħt ħelsien mill-arrest fuq każ separat.

Ir-raġel ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih u d-difiża ddikjarat li ser titlob il-ħelsien mill-arrest fi stadju ulterjuri.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistart Elaine Rizzo, ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur bintu.

Il-prosekuzzjoni tmexiet mill-Ispettur flimkien mal-Avukati Darlene Grima u Julia Micallef Stafrace f’isem l-Avukat Ġenerali. L-akkużat dehru għalih l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport