Mad-39 persuna nqatlu f’ġurnata oħra ta’ attakki intensi mill-Iżraeljani fil-Libanu. Iddikjara dan, il-Ministeru tas-saħħa tal-pajjiż. Irrimarka li seħħ ukoll attakk fuq il-belt tan-nofsinhar ta’ Saksakiyeh, li qatel mill-inqas seba’ persuni, inkluż tifel.
Il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael (IDF) qalu li kienu qed jimmiraw lejn il-grupp armat Libaniż Hezbollah. Il-forzi Iżraeljani u Hezbollah komplew bl-attakki tagħhom, allavolja il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn il-gvernijiet ta’ Iżrael u l-Libanu fis-16 ta’ April.
Il-biċċa l-kbira tal-attakki mill-ajru tal-Iżrael laqtu n-Nofsinhar tal-Libanu, bil-militar jgħid li qed jattakka infrastruttura u nies b’rabta mal-Hezbollah u l-partit politiku appoġġjati mill-Iran.
Nhar is-Sibt, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Aħbarijiet (NNA) immexxija mill-istat tal-Libanu rrappurtat attakki Iżraeljani madwar in-nofsinhar, inkluż f’Saksakiyeh.


