Monday, May 11, 2026

L-IMPORTANZA LI NURU RISPETT

Aqra wkoll

Fl-aħħar snin, il-midja soċjali saret parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum.  Minkejja li naqblu li dawn il-pjattaformi tal-midja soċjali jagħtu spazju għal diskussjoni u libertà ta’ espressjoni, kultant qed jintużaw ukoll biex jinxterdu insulti, mibegħda u attakki personali lejn diversi individwi.

Naqblu li meta persuna tiġi mgħajjra jew insultata, l-effett tagħha ma jkunx biss fuq livell personali. Nemmnu li meta wieħed jikkritika għal dak li ma’ jaqbilx miegħu,hija xi ħaġa naturali fis-soċjetà demokratika li qed ngħixu fiha. Biss, nemmnu li l-kritika għandha ssir b’rispett u mingħajr kliem li jweġġa’ lil dak li jkun. 

Din il-kritika rajniha f’dawn l-aħħar ġimgħat, hekk kif il-kandidat Omar Rababah, ħabbar li se jkun qiegħed jikkontesta għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Laburista. Huwa wieġeb għall-kummenti ta’ mibegħda u nsista li huwa jemmen f’politika ta’ mħabba, mhux ta’ mibegħda.

Minkejja d-diversi kritika li qala’, f’kumment li ta lil dan il-ġurnal, qalilna li huwa jinsab lest li jkellem lil kulħadd, anke lil min ikkritikah. Fost dawk li wrew solidarjetà miegħu, kien hemm il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela, fejn irrimarka li Omar għandu l-ħolm tiegħu għal Malta. Aħna naqblu ma’ dak li qal il-għaliex irrispettivament minn kollox, nemmnu li Omar se jkun qiegħed jaħdem sabiex iwassal leħen lil poplu Malti u Għawdxi. 

Quddiem dan kollu, nemmnu li l-bullying onlajn u l-kummenti offensivi jistgħu jħallu impatt emozzjonali u psikoloġiku. Għalhekk, naqblu li kull wieħed u waħda minnha għandu juża l-midja soċjali b’responsabbiltà akbar. 

Fl-aħħar mill-aħħar, naqblu li d-differenzi fl-opinjonijiet għandhom iwasslu għal diskussjoni b’saħħitha u mhux għal attakki personali. Soċjetà li tinbena fuq ir-rispett u d-djalogu tkun aktar magħquda. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport